Aħna, membri tal-moviment dinji għall-użu ta' l-Esperanto: nippreżentaw dal-manifest lill-gvernijiet, lill-għaqdiet internazzjonali u lin-nies ta' rieda tajba, niddikjaraw li lesti nkomplu naħdmu għall-għanijiet fih imsemmija, u nistiednu lil kull għaqda u lil kulħadd jingħaqdu mal-ħidma tagħna.
L-Esperanto, mibdi fi-1887 bħala proġett ta' lingwa sekondarja għall-ftehim internazzjonali, u wara li nbidel malajr f'lingwa ħajja u preċiża, issa ilu għal aktar minn mitt sena jiffunzjona biex jgħaqqad lill-bnedmin 'l hemm mill-fruntieri lingwistiċi u kulturali.
Demokrazija Sistema ta' komunikazzjoni, li tagħti privileġġ qawwi lil xi nies, u titlob minn oħrajn li jinvestu snin sħaħ ta' xogħol biex imbagħad jilħqu grad aktar baxx ta' riżultat, tmur bażikament kontra d-demokrazija. Għalkemm bħal kull lingwa oħra l-Esperanto mhux perfett, imma jogħla fuq kull rival fejn tidħol l-ugwaljanza dinjija tal-komunikazzjoni.
Aħna nħaqqu li, meta l-lingwi ma jkunux fuq l-istess livell, il-ftehim ukoll ma jkunx fuq l-istess livell, ukoll internazzjonalment. Aħna moviment għal ftehim internazzjonali.
Edukazzjoni 'l hemm mill-fruntieri Kull lingwa hi magħquda ma' kultura preċiża u ma' nazzjon preċiż. Ngħidu aħna, student li jistudja l-Ingliż jitgħallem fuq il-kultura, ġeografija u politika tal-pajjiżi fejn jitkellmu bl-Ingliż, l-aktar, l-Istati Uniti u l-Ingilterra. L-istudenti li jitgħallmu l-Esperanto jitgħallmu fuq dinja bla fruntieri, fejn kull pajjiż jippreżenta ruħu bħala dar.
Aħna nħaqqu li l-edukazzjoni b'lingwa preċiża, tkun liema tkun, hi magħquda ma' ħarsa preċiża fuq id-dinja. Aħna moviment għal edukazzjoni 'l hemm mill-fruntieri.
Pedagoġija li tħalli l-frott Huma ftit dawk li jistudjaw lingwa barranija u jafuha sewwa. Imma l-Esperanto tista' tasal biex titgħallmu sewwa, ukoll waħdek. Saru diversi studji biex juru l-frott pedagoġiku li jħalli l-Esperanto biex titgħallem lingwi oħra. Anzi jirrikmandaw l-Esperanto bħala bażi f'korsijiet ta' lingwi oħra.
Aħna nħaqqu li t-toqol tal-lingwi nazzjonali dejjem jaqtgħu qalb ħafna studenti li madankollu jistgħu japprofittaw billi jitgħallmu t-tieni lingwa. Aħna moviment għat-tagħlim ta' lingwi li jħalli l-frott.
Użu ta' aktar minn lingwa waħda Il-komunita' Esperantista hi waħda mill-ftit komunitajiet dinjija li jinteressaw ruħhom fil-lingwi, li n-nies li jitkellmuhom jagħrfu mingħajr eċċezzjoni żewġ lingwi jew aktar. Kull Esperantista ħa l-inkarigu li jitgħallem għallinqas lingwa waħda barranija sal-livell li jkun jaf jitħadditha. Ħafna drabi dan iwassal għall-għarfien u għall-imħabba lejn aktar lingwi u ġeneralment għal kultura personali aktar vasta.
Aħna nħaqqu li l-membri ta' kull lingwa, kbira jew żgħira, għandu jkollhom iċ-ċans kollu biex jigħallmu t-tieni lingwa sa livell għoli ta' komunikazzjoni. Aħna moviment li qed naħdmu għal dan il-għan.
Drittijiet ta' kull lingwa It-tqassim xejn ugwali ta' qawwa bejn il-lingwi huwa riċetta kostanti għal nuqqas ta' sigurta' jew tjassir dirett tal-lingwa lill-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tad-dinja. Fil-moviment Esperantista, dawk li jitkellmu lingwi wżati minn ħafna nies u dawk li jitkellmu lingwi wżati minn ftit nies, lingwi uffiċjali u dawk mhux uffiċjali, jiltaqgħu fuq kamp newtrali, minħabba r-rieda reċiproka li jilħqu kompromess. Din il-kwalita' ta' ekwilibriju bejn id-drittijiet u r-responsabilitajiet lingwistiċi joħolqu preċedent biex nevolvu u nittrattaw soluzzjonijiet oħra għall-inugwaljanza u konflitti tal-lingwi.
Aħna nħaqqu li d-differenzi kbar bejn il-lingwi jimminaw il-garanziji espressi f'tant dokumenti internazzjonali dwar trattamemt ugwali mingħajr ebda distinzjoni minħabba l-lingwa. Aħna moviment favur id-drittijiet tal-lingwi.
Diversita' tal-lingwi Il-gvernijiet nazzjonali għandhom it-tendenza li jqisu d-diversita' kbira tal-lingwi fid-dinja bħala xkiel għall-komunikazzjoni u l-iżvilupp. Iżda, għall-moviment Esperantista, id-diversita' tal-lingwi hi nixxiegħa bla waqfien ta' rikkezza li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha. Għalhekk kull lingwa bħal kull speċi tal-ħolqien, hi siewja l-ewwel u qabel kollox għaliha nfisha, u wkoll ta' min iħarisha u jsaħħaħha.
Aħna nħaqqu li l-potilika ta' komunikazzjoni u żvilupp jekk ma tkunx imsejsa fuq ir-rispett u s-sosten tal-lingwi kollha, tikkundanna għall-qerda dejjiema l-biċċa l-kbira tal-lingwi tad-dinja. Aħna moviment li ninkoraġġixxu d-diversita' tal-lingwi.
L-Emanċipazzjoni tal-bniedem Kull lingwa teħles u xxekkel lil dawk li jitħaddtuha, għax waqt li tagħtihom is-setgħa li jikkomunikaw bejniethom, iċċaħħadhom milli jikkomunikaw mal-bnedmin l-oħra. L-Esperanto, imfassal bħala mezz ta' komunikazzjoni universali, huwa wieħed mill-proġetti kbar li qed jagħtu l-frott fl-emanċipazzjoni tal-bniedem. Dan hu proġett li qed jagħmel possibbli lil kull bniedern li jipparteċipa bħala individwu fil-komunita' umana permezz ta' għeruq sodi fil-komunita' lokali u l-identita' li tagħtih il-lingwa tiegħu, iżda li mhux limitat minħabba fihom.
Aħna nħaqqu li l-użu esklussiv tal-lingwi nazzjonali bilfors joħloq xkiel għal-liberta' ta' espressjoni, komunikazzjoni u assoċjazzjoni. Aħna moviment li qed jaħdem favur l-emanċipazzjoni tal-bniedem.